29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Wilo vs UASI (Kaxxa tal-krank (crankcase) b’uċuħ ta’ mutur elettriku u rappreżentazzjoni ta’ uċuħ ħodor)
(Kawżi T-253/09 u T-254/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Kaxxa tal-krank (crankcase) b’uċuħ ta’ mutur elettriku - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta uċuħ ħodor - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 30/66
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wilo SE (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Braun, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: B. Schmidt u P. Quay, aġenti)
Suġġett
Żewp rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Marzu 2009 (Każijiet R 1184/2008-1 u R 1196/2008-1), dwar applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ kaxxa tal-krank [crankcase] b’uċuħ ta’ mutur elettriku u ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta uċuħ ħodor.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
(2)
Wilo SE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 205, 29.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy