10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2012 — Serrano Aranda vs UASI — Burg Groep (LE LANCIER)
(Kawża T-265/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali LE LANCIER - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti EL LANCERO - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Oppożizzjoni miċħuda)
2012/C 343/16
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Enrique Serrano Aranda (Murcie, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, sussegwentement J. Calderón Chavero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment W. Verburg u S. Bonne, sussegwentement S. Bonne, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Burg Groep BV (Bergen, l-Olanda)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Marzu 2009 (Każ R 366/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Enrique Serrano Aranda u Burg Groep BV.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Enrique Serrano Aranda huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 205, 29.8.2009.
Full & Egal Universal Law Academy