20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2010 — PVS vs UASI — MeDiTA Medizinische Kurierdienst (medidata)
(Kawża T-270/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva medidata - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MeDiTA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Xebh bejn is-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 317/56
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: PVS — Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein-Ruhr GmbH (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Lindberg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Pohlmann, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MeDiTA Medizinische Kurierdienst- und Handelsgesellschaft mbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schulte-Beckhausen, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Mejju 2009 (Każ R 1724/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MeDiTA Medizinische Kurierdienst- und Handelsgesellschaft mbH u PVS — Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein-Ruhr GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
PVS — Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein-Ruhr GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 220, 12.9.2009.
Full & Egal Universal Law Academy