22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 15 ta’ Settembru 2011 — Prinz Sobieski zu Schwarzenberg vs UASI — British-American Tobacco Polska (Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg)
(Kawża T-271/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti JAN III SOBIESKI u figurattiva preċedenti Jan III Sobieski - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tat-taxxa tal-appell bi pagament jew trasferiment fit-terminu - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara l-appell bħala li ma ġiex ippreżentat - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2869/95 - Rikors en restitutio in integrum - Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali jew imprevedibbli - Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 311/71
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Fitzner u U. H. Fitzner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: British-American Tobacco Polska S.A. (Augustów, il-Polonja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Mejju 2009 (Każ R 771/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British-American Tobacco Polska S.A. u Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009.
Full & Egal Universal Law Academy