22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Deutsche Bahn vs UASI — DSB (IC4)
(Kawża T-274/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali IC4 - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ICE u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti IC - Kriterji għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Xebh tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)
2011/C 311/72
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Haag, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DSB (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentant: T. Swanstrøm, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ April 2009 (Każ R 1380/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deutsche Bahn AG u DSB.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ April 2009 (Każ R 1380/2007-1) u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tas-26 ta’ Lulju 2007 huma annullati.
(2)
L-UASI huwa kkundannati għall-ispejjeż sostnuti minn Deutsche Bahn AG għall-finijiet kemm ta’ din il-proċedura ġudizzjarja u kif ukoll tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
(3)
L-UASI u DSB għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009.
Full & Egal Universal Law Academy