28.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/8
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2014 – Intel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-286/09) (1)
((“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tal-mikroproċessuri - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE - Tnaqqis għal fedeltà - Restrizzjonijiet ‘ovvji’ - Klassifikazzjoni bħala prattika abbużiva - Analiżi ta’ kompetitur daqstant effiċjenti - Ġurisdizzjoni internazzjonali tal-Kummissjoni - Obbligu ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni - Limiti - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Strateġija ġenerali - Multi - Ksur uniku u kontinwat - Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”))
2014/C 245/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intel Corp. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment K. Bacon, barrister, M. Hoskins, N. Green, QC, S. Singla, barrister, I. Forrester, QC, A. Parr, R. Mackenzie, solicitors, u D.Piccinin, barrister, sussegwentement I. Forrester, A. Parr, R. Mackenzie u D. Piccinin)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, N. Khan, V. Di Bucci u M. Kellerbauer, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Association for Competitive Technology, Inc. (Washington, DC, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J. Franck, sussegwentement E. Nasry, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 3726 finali, tat-13 ta’ Mejju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 [KE] u skont l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C-3/37.990 – Intel), jew, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Intel Corp. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’ din tal-aħħar marbuta mal-intervent tal-Association for Competitive Technology, Inc., kif ukoll dawk sostnuti mill-Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir).
3)
L-Association for Competitive Technology għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni marbuta mal-intervent tagħha.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009.
Full & Egal Universal Law Academy