10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2012 — Carrols vs UASI — Gambettola (Pollo Tropical CHICKEN ON THE GRILL)
(Kawża T-291/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva Pollo Tropical CHICKEN ON THE GRILL - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 73/51
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Carrols Corp. (Dover, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Giulio Gambettola (Los Realejos, Spanja) (rappreżentant: F. Brandolini Kujman, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Mejju 2009 (Każ R 632/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Carrols Corp. u Giulio Gambettola.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Carrols Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009.
Full & Egal Universal Law Academy