25.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 58/7
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012 — Tilda Riceland Private vs UASI — Siam Grains (BASMALI)
(Kawża T-304/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BASmALI - Trade mark preċedenti mhux irreġistrata u sinjal preċedenti BASMATI - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2012/C 58/12
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tilda Riceland Private Ltd (Gurgaon, l-Indja) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, N. Urwin u D. Sills, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Siam Grains Co. Ltd (Bangkok, it-Tajlandja) (rappreżentant: C. Thomas-Raquin, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Marzu 2009 (Każ R 513/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tilda Riceland Private Ltd u Siam Grains Co. Ltd.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Marzu 2009 (Każ R 513/2008-1) hija annullata.
(2)
L-UASI, minbarra l-ispejjeż tiegħu, huwa kkundannat għal żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Tilda Riceland Private Ltd.
(3)
Siam Grains Co. Ltd, minbarra l-ispejjeż tagħha, hija kkundannata għal terz tal-ispejjeż ta’ Tilda Riceland Private Ltd.
(1) ĠU C 244, 10.10.2009.
Full & Egal Universal Law Academy