29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Fédération internationale des logis vs UASI (Sfumatura kannella)
(Kawża T-329/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi sfumatura kannella - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 30/69
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Fédération internationale des logis (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: iniżjalment C. Champagner Katz, sussegwentement minn B. Brisset, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 202/2009-1), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sfumatura kannella bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Fédération internationale des logis hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy