5.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Novartis vs UASI — Sanochemia Pharmazeutika (TOLPOSAN)
(Kawża T-331/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TOLPOSAN - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti TONOPAN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 38/24
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sanochemia Pharmazeutika AG (Vjenna, l-Awstrija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1601/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis AG u Sanochemia Pharmazeutika AG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy