10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2012 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-333/09) (1)
(FAEŻR - ‘Modulazzjoni’ - Tqassim, bejn l-Istati Membri, tal-ekonomiji magħmula - Distinzjoni bejn l-Istati Membri l-antiki u dawk li ngħaqdu mal-Unjoni fl-2004 - Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 - Solidarjetà - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2012/C 343/18
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment M. Dowgielewicz, sussegwentement M. Szpunar, B. Majczyna u D. Krawczyk, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u M. Owsiany-Hornung, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/444/KE, tal-10 ta’ Ġunju 2009, li tiffissa l-ammonti li għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri skont il-modulazzjoni msemmija fl-Artikoli 7 u 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 għas-snin 2009 sa 2012 (ĠU L 148, p. 29), sa fejn l-Anness I jalloka lill-Istati Membri, għas-sena 2012, ammonti li jirriżultaw mill-modulazzjoni skont l-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 267, 7.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy