10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-340/09) (1)
([“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet - Għajnuna għall-provvista ta’ servizzi għall-pubblikazzjoni u għall-komunikazzjoni fir-rigward tas-sit tal-internet CORDIS - Rifjut tal-offerti ta’ offerent u deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratti lil offerenti oħra - Klassifikazzjoni tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 148(1) u (3) tar-Regoli ddettaljati għall-implementazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”])
2014/C 175/45
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Delaude u N. Bambara, sussegwentement minn S. Delaude, aġenti, assistiti minn C. Erkelens, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej innotifikata lir-rikorrenti b’ittra tad-9 ta’ Ġunju 2009 li ma tilqax l-offerti tagħha, ippreżentati b’risposta għas-sejħa għal offerti Nru 10 017 (CORDIS), rispettivament għal-Lott B, intitolat “Servizzi Editorjali u ta’ Pubblikazzjoni”, u għal-Lott C, intitolat “Provvista ta’ Servizzi Ġodda ta’ Informazzjoni Diġitali”, u li tagħżel l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata b’risposta għall-istess sejħa għal offerti, bħala t-tielet kuntrattur għal-Lott E, intitolat “Żvilupp u Manteniment ta’ Servizzi Ċentrali”, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati 90 % mill-ispejjeż tagħha u 90 % mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li din tal-aħħar għandha tbati 10 % mill-ispejjeż tagħha u 10 % mill-ispejjeż ta’ Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis.
(1) ĠU C 267, 7.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy