28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida vs UASI — Unión de Cosecheros de Labastida (PUERTA DE LABASTIDA)
(Kawża T-345/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PUERTA DE LABASTIDA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CASTILLO DE LABASTIDA - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti CASTILLO LABASTIDA - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Riskju ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)
2011/C 160/29
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida, SL (Autol, Spanja) (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Unión de Cosecheros de Labastida, S. Coop. Ltda (Labastida, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn P. López Ronda, G. Macias Bonilla, sussegwentement minn F. Brandolini Kujman, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Mejju 2009 (Każ R 1021/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Unión de Cosecheros de Labastida, S. Coop. Ltda u Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida, SL.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 256, 24.10.2009.
Full & Egal Universal Law Academy