10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2012 — mtronix vs UASI — Growth Finance (mtronix)
(Kawża T-353/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimeni ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali mtronix - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Montronix - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 73/52
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: mtronix OHG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schnetzer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Growth Finance AG (Zug, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1557/2007-4), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Growth Finance AG u mtronix OHG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
mtronix OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 21.11.2009
Full & Egal Universal Law Academy