28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Sociedad Agricola Requingua vs UASI — Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (TORO DE PIEDRA)
(Kawża T-358/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO DE PIEDRA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti D. ORIGEN TORO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)
2011/C 160/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sociedad Agricola Requingua Ltda (Santjago, iċ-Ċilì) (rappreżentanti: E. Vorbuchner, C. Ley u M. Heidelberg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (Toro, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-18 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 1117/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro u s-Sociedad Agricola Requingua Ltda.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Is-Sociedad Agricola Requingua Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy