11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2012 — E.ON Ruhrgas u E.ON vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-360/09) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ġermaniż u Franċiż tal-gass naturali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq - Tul tal-ksur - Multi)
2012/C 243/28
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: E.ON Ruhrgas AG (Essen, Il-Ġermanja); u E.ON AG (Düsseldorf, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Wiedemann u T. Klose, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, A. Bouquet u R. Sauer, aġenti, assistiti minn M. Buntscheck, avukat)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5355 finali, tat-8 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/39.401 — E.ON/GDF), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis mill-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5355 finali, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/39.401 — E.ON/GDF), huwa annullat, minn naħa, sa fejn jikkonstata li l-ksur dam mill-1 ta’ Jannar 1980 mill-inqas sal-24 ta’ April 1998, fir-rigward tal-ksur imwettaq fil-Ġermanja u, min-naħa l-oħra, sa fejn jikkonstata l-eżistenza ta’ ksur imwettaq fi Franza bejn it-13 ta’ Awwissu 2004 u t-30 ta’ Settembru 2005.
(2)
L-ammont tal-multa imposta lil E.ON Ruhrgas AG u E.ON AG fl-Artikolu 2(a), tad-Deċiżjoni C(2009) 5355 finali huwa ffissat għal EUR 320 miljun.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha
(1) ĠU C 282, 21.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy