23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/40
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2010 — Quinta do Portal vs UASI — Vallegre (PORTO ALEGRE)
(Kawża T-369/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali PORTO ALEGRE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VISTA ALEGRE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2010/C 288/76
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Sociedade Quinta do Portal, SA (Porto, il-Portugall) (rappreżentant: B. Belchior, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vallegre, Vinhos do Porto, SA (Sabrosa, il-Portugall) (rappreżentanti: P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1012/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Vallegre, Vinhos do Porto, SA u Sociedade Quinta do Portal, SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Sociedade Quinta do Portal, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 297, 5.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy