11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta Ġunju 2012 — GDF Suez vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-370/09) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ġermaniż u dak Franċiż tal-gass naturali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq - Tul tal-ksur - Multi)
2012/C 243/29
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: GDF Suez (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Gunther u C. Breuvart, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, A. Bouquet u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5355 finali, tat-8 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/39.401 — E.ON/GDF), u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5355 finali, tat-8 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/39.401 — E.ON/GDF), huwa annullat, minn naħa, sa fejn jikkonstata li l-ksur dam għaddej mill-1 ta’ Jannar 1980 sa minn tal-inqas l-24 ta’ April 1998, fir-rigward tal-ksur imwettaq fil-Ġermanja u, min-naħa l-oħra, sa fejn jikkonstata l-eżistenza ta’ ksur imwettaq fi Franza bejn it-13 ta’ Awwissu 2004 u t-30 ta’ Settembru 2005.
(2)
L-ammont tal-multa imposta fuq GDF Suez SA fl-Artikolu 2(b) tad-Deċiżjoni C(2009) 5355 finali huwa stabbilit għal EUR 320 miljun.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 282, 21.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy