7.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Retractable Technologies vs UASI — Abbott Laboratories (RT)
(Kawża T-371/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva RT - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti RTH - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 200/21
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Retractable Technologies, Inc. (Little Elm, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Dröge, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn C. Jenewein, sussegwentement minn G. Schneider u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Abbott Laboratories (Abbot Park, Illinois, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1234/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Abbott Laboratories u Retractable Technologies, Inc.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Retractable Technologies, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 21.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy