7.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2011 Visti Beheer vs UASI — Meister (GOLD MEISTER)
(Kawża T-372/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja GOLD MEISTER - Trade marks verbali nazzjonali u Komunitarja preċedenti MEISTER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 139/32
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Visti Beheer BV (Helmond, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Herbetz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Meister Co. AG (Wollerau, l-Isvizzera) (rappreżentant: V. Knies, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1465/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meister Co. AG u Visti Beheer BV.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Visti Beheer BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-UASI.
(3)
Meister Co. AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 282, 21.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy