2.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2011 — Glenton España vs UASI — Polo/Lauren (POLO SANTA MARIA)
(Kawża T-376/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva POLO SANTA MARIA - Trade mark Benelux figurattiva preċedenti li tirrappreżenta siluwett ta’ plejer tal-polo - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 194/20
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Glenton España, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Polo/Lauren Company, LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti R. Black, R. Guthrie, solicitors, u S. Malynicz, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 594/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Polo/Lauren Company, LP, u Glenton España, SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Glenton Glenton España, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 21.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy