22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Ergo Versicherungsgruppe vs UASI — DeguDent (ERGO)
(Kawża T-382/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ERGO - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti CERGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar l-appell kollu - Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009)
2011/C 311/76
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ergo Versicherungsgruppe AG (Dusseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A.W. Renck, T. Dolde u J. Pause, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DeguDent GmbH (Hanau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment W. Blau, sussegwentement W. Blau, D. Kaya u C. Kusulis, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 44/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DeguDent GmbH u Ergo Versicherungsgruppe AG.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 44/2008-4) hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell naqas milli jiddeċiedi dwar l-appell li ġie ppreżentat quddiemu fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 5.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Ergo Versicherungsgruppe AG, DeguDent GmbH u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 297, 05.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy