9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2011 — Prinz von Hannover vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ arma tal-familja)
(Kawża T-397/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta arma tal-familja - Raġuni assoluta għal rifjut - Imitazzjoni minn perspettiva araldika ta’ emblema ta’ Stat - Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 6 ter tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi)
2011/C 204/36
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ernst Prinz von Hannover Herzog zu Braunschweig und Lüneburg (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Stötzel u J. Hilger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1361/2008-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta arma tal-familja tad-dar ta’ Hannover bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ernst Prinz von Hannover Herzog zu Braunschweig und Lüneburg għandu jbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 297, 5.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy