15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2010 — Deutsche Bahn vs UASI (Taqħqid vertikali tal-kuluri griż u aħmar)
(Kawża T-405/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’tagħqid vertikali tal-kuluri griż u aħmar - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 13/49
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentata kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 372/2009-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal bil-kulur, li jikkonsisti fit-tagħqid tal-kuluri griż u aħmar, bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Deutsche Bahn AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 297, 05.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy