9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — ancotel vs UASI — Acotel (ancotel.)
(Kawża T-408/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja ancotel - Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti ACOTEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Pubbliku rilevanti)
2011/C 204/37
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ancotel GmbH (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Truelsen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Acotel SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn D. De Simone u D. Demarinis, avukati, sussegwentement minn D. De Simone, D. Demarinis u J. Wrede, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1385/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Acotel SpA u ancotel GmbH.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1385/2008-1) hija annullata.
(2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn ancotel GmbH.
(3)
Acotel SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy