9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2011 — São Paulo Alpargatas vs UASI — Fischer (BAHIANAS LAS ORIGINALES)
(Kawża T-422/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Kumunitarja figurattiva BAHIANAS LAS ORIGINALES - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti havaianas u trade mark nazzjonali verbali preċedenti HAVAIANAS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 204/38
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: São Paulo Alpargatas, SA (São Paulo, il-Brażil) (rappreżentanti: P. Merino Baylos u A. Velázquez Ibáñez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Enrique Fischer (Buenos Aires, l-Arġentina) (rappreżentanti: inizjalment E. Rasche Aparicio, sussegwentement minn M. de Justo Bailey, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1477/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn São Paulo Alpargatas, SA u Enrique Fischer.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-17 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1477/2008-2) hija annullata.
(2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn São Paulo Alpargatas, SA.
(3)
Enrique Fischer għandu jbati l-ispejjeż tiegħu,
(1) ĠU C 297, 05.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy