4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il-Kunsill
(Kawża T-423/09) (1)
(Dumping - Importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament li jagħlaq reviżjoni interim - Paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni - Kunsiderazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-pajjiż tal-oriġini - Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat fl-investigazzjoni inizzjali - Bdil fiċ-ċirkustanzi - Artikolu 2(10)(b), u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar l-Artikolu 2(10)(b), u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))
2012/C 32/41
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd (Dashiqiao, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u R. Luff, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, sussegwentement minn G. Berrisch, avukati)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u H. van Vliet, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 826/2009, tas-7 ta’ Settembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1659/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 240, p. 7), sa fejn id-dazju antidumping li ġie stabbilit fir-rigward tar-rikorrenti jeċċedi dak li jkun applikabbli kieku kien stabbilit fuq il-bażi tal-metodu ta’ kalkolu applikat fl-investigazzjoni inizzjali dwar in-nuqqas ta’ rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżud Ċiniza għall-esportazzjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy