4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Goodyear Dunlop Tyres UK vs UASI — Sportfive (QUALIFIER)
(Kawża T-424/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali QUALIFIER - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Qualifiers 2006 - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 32/42
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Goodyear Dunlop Tyres UK Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sportfive GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1291/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sportfive GmbH & Co. KG u Goodyear Dunlop Tyres UK Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Goodyear Dunlop Tyres UK Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy