22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — centrotherm Clean Solutions vs UASI — Centrotherm Systemtechnik (CENTROTHERM)
(Kawża T-427/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali CENTROTHERM - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 311/77
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG (Blaubeuren, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Löffel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u R. Manea, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Centrotherm Systemtechnik GmbH (Brilon, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Albrecht u U. Vormbrock, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 6/2008-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG u Centrotherm Systemtechnik GmbH.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-25 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 6/2008-4) hija annullata sa fejn hija annullat parzjalment id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat 30 ta’ Ottubru 2007.
(2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG.
(3)
Centrotherm Systemtechnik GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy