28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 — TTNB vs UASI — March Juan (Tila March)
(Kawża T-433/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Tila March - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CARMEN MARCH - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 160/31
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: TTNB (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J.-M. Moiroux, sussegwentement J.-M. Moiroux u C. Beudard, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Carmen March Juan (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1538/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn C. March Juan u TTNB.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
TTNB hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy