22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — Centrotherm Systemtechnik vs UASI — centrotherm Clean Solutions (CENTROTHERM)
(Kawża T-434/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali CENTROTHERM - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Ammissibbiltà ta’ provi ġodda - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Regola 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)
2011/C 311/78
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Centrotherm Systemtechnik GmbH (Brilon, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Albrecht u U. Vormbrock, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider et R. Manea, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG (Blaubeuren, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Löffel, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 6/2008-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG u Centrotherm Systemtechnik GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Centrotherm Systemtechnik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy