1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-457/09) (1)
([“Għajnuna mill-Istat - Ristrutturazzjoni ta’ WestLB - Għajnuna maħsuba sabiex jiġi rrimedjat taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru - Artikolu 87(3)(b) KE - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt ċerti kundizzjonijiet - Rikors għal annullament - Interess individwali - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Kolleġjalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Artikolu 295 KE - Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999”])
2014/C 292/31
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Rosenfeld u I. Liebach, sussegwentement minn A. Rosenfeld u O. Corzilius, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn L. Flynn, K. Gross u B. Martenczuk, sussegwentement minn L. Flynn, B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/971/KE, tat-12 ta’ Mejju 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja qed tipproponi li tagħti għar-ristrutturar ta’ WestLB AG (C 43/08 (eks N 390/08)) (ĠU L 345, p. 1).
Dispożittiv
1)
It-talba ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, hija miċħuda.
2)
Ir-rikors huwa miċħud.
3)
Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband għandu jbati l-ispejjeż tieħhu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni, inklużi dawk dwar l-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 11, 16.01.2010.
Full & Egal Universal Law Academy