6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — Oetker Nahrungsmittel vs UASI — Bonfait (Buonfatti)
(Kawża T-471/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Buonfatti - Trade mark Benelux verbali preċedenti Bonfait - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 232/41
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG (rappreżentant: F. Graf von Stosch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bonfait BV (Denekamp, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 340/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bonfait BV u Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-2 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 340/2007-4) hija annullata.
(2)
L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi minn Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG.
(1) ĠU C 24, 30.01.2010.
Full & Egal Universal Law Academy