6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (maxi BRICO CENTER)
(Kawża T-481/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva maxi BRICO CENTER - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)
2011/C 232/48
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment P. López Ronda, G. Macias Bonilla, H. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, sussegwentement F. Brandolini Kujman, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u G. Mannucci, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bricocenter Italia Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentant: G. Ghidini, M. Mergati u C. Signorini, avukati)
Suġġett
Appell mid-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Settembru 2009, (Każ R 1046/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1046/2008-4) hija annullata inkwantu laqgħet ir-rikors ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni ta’ affarijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, imsemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess magħmula matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 24, 30.1.2010.
Full & Egal Universal Law Academy