2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Leali u Acciaierie e Ferriere Leali Luigi vs Il-Kummissjoni
(Kawżi T-489/09, T-490/09 u T-56/10) (1)
([“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattata KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas - Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Bażi legali - Eċċess ta’ poter u użu ħażin ta’ proċedura - Multi - Tul tal-ksur - Proporzjonalità - Preskrizzjoni - Rikors għal annullament - Deċiżjoni ta’ modifikazzjoni - Inammissibbiltà”])
(2015/C 034/22)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Leali SpA (Odolo, l-Italja) (Kawżi T-489/09 u T-56/10); u Acciaierie e Ferriere Leali Luigi SpA (Brescia, l-Italja) (Kawżi T-490/09 u T-56/10) (rappreżentant: G. Bellotti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawżi T-489/09 u T-490/09, inizjalment R. Sauer u V. Di Bucci, sussegwentement R. Sauer u B. Gencarelli, u finalment R. Sauer u R. Striani, u, fil-Kawża T-56/10, inizjalment R. Sauer u B. Gencarelli, sussegwentement R. Sauer u R. Striani, aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukat)
Suġġett
Fil-kawżi T-489/09 u T-490/09, talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), u, sussidjarjament, talbiet għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti u, fil-Kawża T-56/10, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, li temenda d-Deċiżjoni C (2009) 7492 finali.
Dispożittiv
1)
Il-Kawżi T-489/09, T-490/09 u T-56/10 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.
2)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
3)
Fil-Kawża T-489/09, Leali SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
4)
Fil-Kawża T-490/09, Acciaiaerie e Ferriere Leali Luigi SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
5)
Fil-Kawża T-56/10, Leali u Acciaierie e Ferriere Leali Luigi huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 13.2.2010.
Full & Egal Universal Law Academy