21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2012 — Meda Pharma vs UASI — Nycomed (ALLERNIL)
(Kawżi magħquda T-492/09 u T-147/10) (1)
(Trade mark komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali ALLERNIL - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALLERNIL - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti ALLERGODIL - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)
2012/C 217/36
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Meda Pharma GmbH & Co. KG (Bad Homburg vor der Höhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement D. Walicka u fl-aħħar nett G. Schneider, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nycomed GmbH (Konstanz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Ferchland, sussegwentement A. Ferchland u K. Trautmann, avukati)
Suġġett
Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2009 (Każijiet R 1386/2007-4 u R 697/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meda Pharma GmbH & Co. KG u Nycomed GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
(2)
Meda Pharma GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi T-492/09 u T-147/10.
(1) ĠU C 37, 13.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy