29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2011 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-500/09) (1)
(FAEGG - Sezzjoni ‘Garanzija’ - Nefqa eskluża mill-finanzjament Komunitarju - Għajnuna għall-ipproċessar taċ-ċitru - Effikaċja tal-kontrolli - Proporzjonalità)
2011/C 319/33
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: L. Ventrella u G. Palmieri, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: P. Rossi, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7044 finali, tal-24 ta’ Settembru 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), sa fejn hija teskludi ċerta nefqa magħmula mir-Repubblika Taljana fis-settur tal-ipproċessar taċ-ċitru.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 13.02.2010
Full & Egal Universal Law Academy