14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Cybergun vs UASI — Umarex Sportwaffen (AK 47)
(Kawża T-503/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali AK 47 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 145/44
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cybergun SA (Bondoufle, Franza) (rappreżentant: S. Guyot, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Umarex Sportwaffen GmbH Co. KG (Arnsberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-H. Hoffmann, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 645/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Umarex Sportwaffen GmbH Co. KG u Cybergun SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Cybergun SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 27.2.2010.
Full & Egal Universal Law Academy