23.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 219/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2011 — V vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-510/09 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Rifjut ta’ reklutaġġ minħabba inkapaċità fiżika meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet - Obbligu ta’ motivazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)
2011/C 219/18
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: V (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Curral u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2009, V vs Il-Kummissjoni (F-33/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta Ottubru 2009, V vs Il-Kummissjoni (F-33/08) hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas milli jiddeċiedi fuq motiv imqajjem minn V waqt is-seduta u bbażat fuq in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-President tal-Kummisjsoni Medika fil-lista tal-Kunsill Mediku Belġjan.
(2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
(3)
Ir-rikors ippreżentat minn V quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-33/08 huwa miċħud.
(4)
V għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza. L-ispejjeż relatati mal-proċeduri tal-ewwel istanza li wasslu għas-sentenza V vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, għandhom jitħallsu skont kif stabbilit fil-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tagħha.
(1) ĠU C 161, 19.6.2010.
Full & Egal Universal Law Academy