19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2014 – Alstom vs Il-Kommissjoni
(Kawża T-517/09) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-transformers tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Kunċett ta’ impriża - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti minn kumpannija parent fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2015/C 016/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Alstom (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller-Rappard, avukati)
Konvenuta: Il-Kommissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet, N. von Lingen u K. Mojzesowicz, sussegwentement A. Bouquet, K. Mojzesowicz u P. Van Nuffel, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7601 finali, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.129 – Transformers tal-Elettriku).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7601 finali, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.129 – Transformers tal-elettriku) hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil Alstom.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 27.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy