7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Toshiba vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-519/09) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-transformers tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehim ta’ tqassim ta’ suq - Prova tat-tbegħid tal-akkordju - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni - Effett fuq il-kummerċ - Ostakoli għad-dħul - Multi - Ammont bażiku - Sena ta’ referenza - Punt 18 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Użu ta’ parti mis-suq fittizja fis-suq taż-ŻEE”))
2014/C 212/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Toshiba Corp. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. F. MacLennan, solicitor, A. Schulz, J. Jourdan u P. Berghe, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bourke u K. Mojzesowicz, sussegwentement K. Mojzesowicz u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.129 – Transformers tal-Elettriku), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Toshiba Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 27.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy