19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2014 – Alstom Grid vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-521/09) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-transformers tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehim ta’ tqassim tas-suq - Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 - Immunità minn multi - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2015/C 016/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Alstom Grid SAS, li kienet Areva T&D SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment A. Schild, C. Simphal u E. Estellon, sussegwentement J. Derenne, A. Müller-Rappard u M. Domecq, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet, N. von Lingen u K. Mojzesowicz, sussegwentement A. Bouquet, K. Mojzesowicz u P. van Nuffel, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7601 finali, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.129 – Transformers tal-elettriku)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Alstom Grid SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 27.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy