28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Smart Technologies vs UASI (WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH)
(Kawża T-523/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 160/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Smart Technologies ULC (Calgary, il-Kanada) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, T. Elias, barrister, u R. Harrison, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant:. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2009, (Każ R 554/2009-2), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Smart Technologies ULC għandha tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 27.2.2010.
Full & Egal Universal Law Academy