15.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/6
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2011 — Meredith vs UASI (BETTER HOMES AND GARDENS)
(Kawża T-524/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BETTER HOMES AND GARDENS - Raġuni assoluta għal rifjut - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mill-eżaminatur - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 305/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Meredith Corp. (Des Moines, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Furneaux u E. Hardcastle, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2009 (Każ R 517/2009-2), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BETTER HOMES AND GARDENS bħala trade mark Komunitarja
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Meredith Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 27.2.2010.
Full & Egal Universal Law Academy