15.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/6
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2011 — MIP Metro vs UASI — Metronia (METRONIA)
(Kawża T-525/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva METRONIA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti METRO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 305/07
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Metronia, SA (Madrid, Spanja)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1315/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u Metronia, SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 80, 27.3.2010.
Full & Egal Universal Law Academy