19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2011 — PAKI Logistics vs UASI (PAKI)
(Kawża T-526/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PAKI - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità - Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 340/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: PAKI Logistics GmbH (Ennepetal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Bergermann, P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt u J. Vogtmeier, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer, sussegwentement F. Penlington, aġenti, assistiti minn S. Malynicz, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1805/2007-1), dwar talba għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PAKI bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
PAKI Logistics GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(3)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010
Full & Egal Universal Law Academy