5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-16/09 P) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Terminu raġonevoli sabiex tiġi ppreżentata talba għad-danni - Dewmien - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat”)
2010/C 148/55
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-4 ta’ Novembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-87/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) u intiż li jannulla dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 55, 7.3.2009.
Full & Egal Universal Law Academy