19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/40
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2010 — Katjes Fassin vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ panda)
(Kawża T-22/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Rifjut ta’ reġistrazzjoni mill-eżaminatur - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2010/C 161/63
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmitz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: inizjalment C. Jenewein, sussegwentement C. Jenewein u G. Schneider, agenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1299/2006-4), dwar talba għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali li jirrappreżenta ras ta’ panda bil-kuluri iswed, abjad u aħmar bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni għar-rikors.
(2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 21.3.2009.
Full & Egal Universal Law Academy