27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Jannar 2010 — Química Atlântica vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-71/09) (1)
(Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni - Rikors għad-danni - Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Inammissibbiltà)
2010/C 51/62
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Química Atlântica Lda (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: J Teixeira Alves, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u L. Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba intiża sabiex jiġi kkonstatat nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni, sa fejn hija naqset illegalment milli tadotta l-miżuri neċessarji sabiex tarmonizza l-kriterji ta’ klassifikazzjoni tat-tariffi tal-fosfat tad-dikalċju, kif ukoll talba għar-rifużjoni tad-differenza bejn is-somom ta’ dazju doganali li r-rikorrenti jmissha ħalset sa mill-1995 u dawk derivanti mill-applikazzjoni tar-rata relatata mal-kodiċi tat-tariffa 28 35 25 90 għall-importazzjoni tal-fosfat tad-dikalċju mit-Tuneżija jew għall-kumpens ta’ ammont ekwivalenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba ta’ intervent ta’ Timab Ibérica SL.
(3)
Química Atlântica Lda għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 113, 16.5.2009.
Full & Egal Universal Law Academy