30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/54
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Novembru 2009 — Andersen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-87/09) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Miżuri favur id-Danske Statsbaner - Obbligi ta’ servizz pubbliku - Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Inammissibbiltà”)
2010/C 24/96
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Jørgen Andersen (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentanti: M. Nissen, J. Rivas de Andrés u J. Gutiérrez Gisbert, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Martenczuk u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4776 finali, tal-10 ta’ Settembru 2008, li tinbeda l-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE dwar l-għajnuna mill-Istat C 41/2008 (ex NN 35/2008), implementata mir-Renju tad-Danimarka favur id-Danske Statsbaner.
Dispożittiv
(1)
Ir rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Jørgen Andersen huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 16.5.2009
Full & Egal Universal Law Academy